Battal L-Univers Mingħajrek.
Battal l-univers mingħajrek
U jien fittixrek kullimkien
Niġri u ndur u lanqas naf
fejn sejjer
U lanqas naf fejn għandi
mmur.
Ma tesgħakx ponta ta’ labra
Lanqas il-baħħ f’ħeden
ir-ruħ
Hemmhekk fejn jispiċċa l-ħin
u l-ispazju
Hemmhekk fejn tassew hemm
tarf l-irdum
Hemmhek jien żgur li għad
niltaqgħu
Hemmhekk dak kollu li ħlomna
għad ikun.
Għax int sirt riħ
Sirt mewġa tivvjaġġa
Fuq frekwenzi mistħajjla
Issa drajtha t-triq
U sirt nafha bl-amment.
Alfred Grech
06/11/2020.
Comments
Post a Comment