Din Hija L-Għanja.

 

Din hija l-għanja tiegħi mank tingħaraf

mill-ħafna għajjat u mit-tgeġwiġ tal-folla,

u tista’ wkoll tqabbilha ma xi ħanqa

ta’ ħmar li qatt ma qorbot lejn is-sema.

 

Din hija  l-għanja tiegħi qisha karba

li ħarġet minn ġox-xquq ta’ qiegħ l-abbissi

tad-dlamijiet li jtennu u jirriflettu

dal-vizzju li rrid ngħix, din l-ossessjoni.

 

Din hija l-għanjafqira ta’ min ħaseb

li jista’ jbiddel ftit mit-togħma qarsa

li tħalli wrajja x-xemx li titla’ u tinżel

u tħalli radda twila ħżuż il-ġrajja.

 

Alfred Grech

22/11/2020/

Comments

Popular posts from this blog