Għarwiena u B’Saħħitna.
Għarwiena u b’saħħitna
nistgħu nintellqu
U ninġarru mill kurrenti
tal-impulsi.
Jien nibda mmur infittex
fil-ħolm tiegħi
Bl-imfietaħ li jiftħu tiegħek
Biex nibda sabiex nifhem
Il-maltemp li hemm bejnietna.
Għax meta għandi ruħi li
tħobb timraħ
Bħal friefet fuq il-ward
Insib lilek żunżana turini
t-triq
U t-telgħa tal-kalvarju.
Għax meta għandi ruħi tħobb
tittajjar
U togħola ’l-fuq mis-sħab
Insib lilek tifqagħli
l-bużżieqa
U ssammarni mal-art,
Ir-ruħ li tgħanni u tiżfen
Iżd’int ma tgħidli xejn
Lanqas temminni.
Alfred Grech
19/11/2020
Comments
Post a Comment