Il-Kafe’ Toxorbu Waħdek.

 

Il-kafe’ tixorbu waħdek

U waħdek tmut

Il-bogħod mill-pandemija

Fil-baħħ tal-ħsibijiet bla ħsejjes

Il-bogħod min-nugrufun

U l-profanazzjoni ta’ dak kollu li tista’ tara.

Iżda kif għad issib tarf id-dinja?

Bħal meta tgħid issib lilek innifsek

Tidħol f’qoxortok

Tħares fiss fil-mera

U ma tilmaħ xejn

Ix-xejn bix-xejn jitwieżen.

Jekk tmur lil hinn mhix xefaq

Issib l-irdum

Hemmhekk fejn tmur tinħeba x-xemx

Biex qatt ma tlaħħaq magħha

Biex terġa tibda.

Il-kafe’ waħdek tixorbu

Il-bogħod mill-għajjat tal-folla.

 

Alfred Grech

10/11/2020

Comments

Popular posts from this blog