Imbagħad Tiskanta.
Imbagħad tiskanta għaliex
inħossuna mbuttati
mill-mewġ u l-ħalel tat-tempesti.
Ma ċedejniex għax
għadda ż-żmien minn fuqna
jew għax saħħitna qiegħda tnin.
Ċedejna għaliex
it-telgħa kienet wieqfa
għaliex ir-riħ jinsulentana
għaliex waqajna kemm
il-darba
u m’għadniex nifilħu nqumu.
Jien stagħġibt kif lanqas
int
ma ntbaħt li s-siegħa waslet
u bqajt għaddejja
bħallikieku
xejna ma ġara.
Alfred Grech
08.11.2020.
Comments
Post a Comment