Inbidlet Biss L-Istakkatura.

 

Ktajjen il-qalb l-illużjonijiet tiegħek

Int ridt toħloq taħdida miegħi

U jien bqajt ma weġibtx.

 

Bdejt titkellem b’ilsna li ma nifhimtx

Bdejt tiħarrek bħal qatt ma rajtek qabel

Għalhekk sirt ċpar

Sirt nida

Miraġe bħal dawk ta’ nofs deżert

li meta qsamtu

sibt ruħħi għadni nibda’.

 

Ma nbidel xejn bejnietna

Inbidlet biss l-istakkatura.

 

Alfred Grech

04/11/2020.

Comments

Popular posts from this blog