Jien Ninnamra.
Jien ninnamra max-xbiha tiegħek.
Le mhuwiex hekk
Imqar jekk dan qaluħ
Il-kittieba u l-profeti
Li wieħed ma jgħaddix
għall-oħra
U trid issib in-nofs
F’dil-mixja tal-ekwilibriju
Fir-riflessjoni ta’ ħaddieħor.
Le qatt ma kien hekk
l-imħabba qatt ma nkitbet
b’ittri tad-deheb
fil-ktieb tal-ħajja
iżda fis-sħab ħamran
ta’ nżul ix-xema imdemmi.
M’aħniex naraw lil xulxin
Qiegħdin naraw lilna nfusna
U nidħqu lkoll b’xulxin u
ngħidu
Kemm hi sabiħa l-ħajja.
Alfred Grech
06/11/2020.
Comments
Post a Comment