Jista’ Jkun.
Jista’ jkun hemm sinjali li
għandi nagħraf
U nagħrfu jien miniex
Għax l’ebda triq mhu qed
twasalni sa ħdejk
Nittama biss li jekk inġorr
din it-tifkira
Xi darba għad nista’ nasal għandek.
Għidli xi tridni nkun u jien
insir
Għidli xi tridni ngħidlek u
jien ngħidulek
Għidli xi tridni nagħmel u
jiena nagħmlu
M’hemm ebda qadi li ma nagħmilx
Mhemm ebda ħila li ma
nitgħallimx
Jien nista’ nintilef mingħajrek
Imm’inti ħdejja ma tkun qatt
U huwa ż-żmien li jżommna
mbiegħda
Mhux id-distanzi
Għax meta kont qiegħda hawn
Jien mank tajt kasek.
Imbagħad nistaqsu għaliex m’aħniex
nitjellmu
Għax xejn m’hawn sewwa ġo
dan il-kwadru.
Alfred Grech
11/11/2020.
Comments
Post a Comment