Jitħiemed Iż-Żmien.
Jitħiemed is-skiet f’dawn
l-inħawi
Burraxka qalila tar-ruħ,
Il-ħin qed imewwet u jidfen
Lil min qed jitlajja mirżuħ.
Jiddellel il-ħsieb fih
innifsu
Jittawwal biex jara xi jsib,
Fiċ-ċaħda tad-dalma li
tisħet
Trid tqum biex sew ruħek
iġġib.
Fil-ħejjes tal-magni
nfernali
Ta’ nies m’għandhom sabar
imkien
F’idejn is-sewwieqa bla
rażan,
Biex naslu għad darba, x’imkien.
Alfred Grech
04/11/2020.
Comments
Post a Comment