Lil Oliver Friggieri.
Hekk toħroġ il-karba xħin
jieqaf is-sider tiela’ u nieżel
Għaliex imbagħad il-ġisem ma
jiflaħx
Iġorr it-toqol tar-ruħ li ħaddnet
l-univers
U sawwret dinja ġdida.
Għaliex mingħajr in-nar li
ntefa’ qajla
tista’ tkebbes u ssaħħan dak
li nħema.
U jien irrid inżid tiegħi
Mal-ilħna li sellmulek
għall-aħħar darba.
Kliem jien m’għandix biex
inlissen
It-toqol tat-tifsira,tat-telfa.
Xi tkexkixa ġġib il-mewt?
Niftakar meta
għallimntni ngħolli s-siparju
U nċarrat dak l-istar li ħeba
tant misteri
Iċ-ċpar li ma kien xejn
Iċ-ċpar tal-perċezzjoni.
Int għentni wkoll insib
it-triq li kont tlift ilu
U nġonġi t-trufijiret biex
nerġa’ ninseġ
L-ilwien evanexxenti ta’
tela dejjiema
Imbagħad insewwasq bdejt
il-gliegel
Tal-ilma ġieri
Li ħareġ min-nixxiegħa
Li jien ma stajtx inżomm,
Li ħadd ma seta’ jżommu.
Int kont il-kewkba ta’
filgħodu tnebbaħ
Qawmien ġdid ta’
trasfigurazzjoni
U kont ukoll il-kewkba li
mal-għabex
Tħenni l-qalb ta’ min
jistenna l-ħemda.
Mur ħabib, għannej, għalliem
bniedem ħassiebi
Fil-vjaġġ ta’ bla ritorn
għan-naħħa l-oħra
Imbagħad xħin tmiss
bil-ponta ta’ subgħajk wiċċ l-ilma
Għidilna jekk ix-xbieha
titħassarx.
Alfred Grech
24/11/2020
Comments
Post a Comment