Nistaqsu minn fejn ġejna.

 

Nistaqsu minn fejn ġejna,

Nistaqsu fejn sejrin

Ġo din l-għadira mdardra

Hemm jiemna magħdudin.

 

Ilkoll noħolmi ħolma

U lkoll hekk imjassrin

Mingħajr ma qatt nintebħu

Bis-swat tal-argużin.

 

U tul dil-passiġġata

U tul dal-ħmar il-lejl

Inħaddnu bla ma nafu

Abbiss li hu bla kejl.

 

Alfred Grech

26/11/2020.

Comments

Popular posts from this blog