Seta’ Kien Aħjar.

 

Seta’ kien aħjar,

Jew seta’ kien agħar

l-aqwa li bqajna fejn konna.

 

Seta kien aħjar

Jew seta’ kien agħar

Iżda hekk hu l-bidu

Ta’ kull manifest.

 

Meta ma ddoqqx

Ebda qanpiena

Meta ma tqabbad

l-ebda ħuġġieġa. . .

 

Ma sibtx isem li bih

Stajt insejjaħlek

Ma sibt ebda ton

Li bieh stajt ngħannilek.

 

Alfred Grech

03/11/2020.

 

Comments

Popular posts from this blog