Storja Li Nafuha.

 

U baqgħet titmiegħek

u titgħawweġ fuq sodditha

fit-taqliba tal-għajru

li għandha minn tal-epilepsija

Seta’ kien ieħor iż-żmien

meta fit-tellieqa

ma kien hemm ħadd li jgħaddiha

iżda llum tiġi l-ewwel jew ma tiġix

ftit li xejn se jgħallem

l-aqwa li għada tmattar il-ġwienaħ

u tinġarr mal-kurrenti alluċinanti

u l-aqwa li għada titgħawweġ biżżejjed mal buffuri

u tiżbroffa xħin tintlaqat mill-vleġġa

il bqija hi storja li nafuha.

 

Alfred Grech

08/11/2020.

Comments

Popular posts from this blog