Tferfira.

 

Tennili l-istorja

Ta’ tfajjel fuq xtajta

Ta mewġa bla xewqa

Li bqajt qatt ma smajtha;

 

Tennili ħa nisma’

Tal-wied ħoss id-diwi,

Tal-qniepen idoqqu

Tas=sabar bla siwi.

 

Fissirli ħa nifhem

Għaliex taħt is-sħana

Ta’ xemx illi tisreġ

Il-warda tistagħna;

 

l-għaliex din mhix ħrafa

ta’ wieħed jistenna

il- wileġ f’rebbiegħaJimte

Jimtela’ bil-benna.

 

Din hija tferfira

Li tiġi minn ġewwa

Xħin toħlom is-seħer

Tal-għerf u tas-sewwa.

 

Alfred Grech

02/11/2020.

Comments

Popular posts from this blog