U Xi Ftit Ninsa’.
Quddiem il-maqdes tiegħek
Intiehem aħjar frott il-fwieħa
U kull tingiża tal-musmar
Tniffed fil-laħam il-ħaj.
Mhemm xejn xi jżommni f’dan
l-irbit
Għajr is=seħer aljenanti tiegħek.
Imbagħad nintilfut-tnejn fil-kurituri
Ta’ dħaħen ir-ruħ
Ta labirint imdallam
Li jżomm l-illużżjoni ħajja.
Huma ħafna li jixtiequ jduqu
Minn din it-tuffieħa
tad-dnub
Il-frotta maġika
Iżda jiena niġi ħdejk biex ngħaddi
l-ħin
U xi ftit ninsa
Li qiegħed ngħix.
Alfrred Grech
16/11/2020
Comments
Post a Comment