Ximkien.

 

Imqar xħin isir il-ħin

il-purtelli jibqgħu magħluqin

sakemm jisbaħ

għaliex id-dawl jibqa’ ma jgħaddix

u trid id-dawl biwx tara tikteb.

 

Fid-dlam nistgħu nimxu

iżda għajb għalina jekk jitfaċċċa

merżuq dawl, jinxtegħel fanal

jew taqa’ kewkba

li juruna t-triq

u nibqgħu ma narawx.

 

Ximkien ukoll insibu tarf

ta’ din l-assurdita’

ts-sokor fis-setgħa u r-regħeba.

 

Alfred Grech

15.11.2020.

 

 

Comments

Popular posts from this blog