Żifna.

 

Iridu lkoll niżfnuha din iż-żifna

Ta’ dak li hu inkella jista’ jkun

Ta’ dak li ma kien qatt inkella ħlomtu

F’dan l-univers jinfirex bħal miġnun.

 

Din żifna li jiżfnuha n-nibbiexa

Ta’ ħaġa kontra l-oħra fl-istess waqt

Ta’ min itir ’l-fuq mis-sħaba u jerġa’

Lejn l-art għaliex imkien mhu bħalma xtaqt.

 

It=toroq kollha minnek qed jitbiegħdu

’Mma jiena xorta waħda sibtha t-trieq

Għax għad irrid inkun profeta tiegħek

L-għannej tal-isbaħ għanja kif tixtieq.

 

Il-ġrad li ħela’ żmienu fit-tfittxija

Tal-għada illi fettxu u t’ bla ħsieb

U mbagħad xi jgħaddi s-sajf u trid titnikker

Jien nerġa’ niġi ngħanni wara l-bieb.

 

Alfred Grech

09/11/2020.

Comments

Popular posts from this blog