159.
Le mhux għalik immur lilhinn mix-xefaq
inbus it-truf ta’ baħar it-turmenti,
intir u ngħola ’l-fuq mill-eqreb
sħaba
biex naħtaf il-qawsalla
tal-misteri.
Le mhux għalik nissogra
nitlef ħajti,
nindokra dak li hu sabih u
nderri
minn dak li ta’ kulljum qatt
ma jinbidel.
Għalik ukoll irrid is-sema
ngħannaq
u ħaġa waħda nsir
mal-multitudni.
Għalik irrid infittex lili
nnifsi
u inti tkompli tiżloq minn
idejja
bħal ħuta li tmur lura ġewwa
l-ilma
ukoll jekk għadek hawn
ittella u tniżżel,
imqar jekk lanqas taf xi
trid bħas-soltu.
Alfred Grech
01/12/2020.
Comments
Post a Comment