160.

 

Tħallat man-nar li ħaraq lilu nnifsu

Das-sentiment li għandu minn tal-baħar,

Fl-immensita’ tal-beraħ bla konfini

F’leħħet il-ħsieb ileqq bħal-qtar tan-nida.

Miegħi iddur fil-ħemda ta’ filgħodu

Xħin għadhom siekta l-ħsejjes infernali

Tal-makni jiżverġnaw din l-art għammiela

Biex niktbu nerġgħu dak li lkoll nixtiequ

Fuq fwar il-ħġieġ imtappan bin-nifs tagħhna.

Ejja miegħi, mad-dellijiet lejlija

Iħirsa bla ma nħallu ’l-min jarana,

Dan huwa sentiment li rridu nferrxu

Is-sentiment li jwelled poeżija.

Imbagħad fuq ġwienaħ l-għana t-tnejn nimirħu

Niltaqgħu nerġgħu f’għadex it-tifkira.

 

Alfrd Grech

30/12/2020.

Comments

Popular posts from this blog