Bħal-Leħħa Ta’ Berqa.

 

Din bħal-leħħa ta’ berqa

li tinfed bla ma tħalli ebda marka

iżda li minn xi daqqiet tagħmel ħsara

lilhinn mix-xefaq ta’ dak li tara

il-bogħod mill-għajjat tal-folla

fejn is-saqajn jieqfu jiġru

u l-moħħ jista’ jimraħ.

Hemmhekk fejn mhemmx il-mixi

u t-tektika tal-arloġġ.

Tagħtini rigal biex nagħtik ieħor

jiena nista’ biss nagħtik l-awguri

għalkemm dawn ma jfissru xejn

irrid biss jien li nkun ħieles

minnn dil-gaġġa tal-ħadid

il-gaġġa tax-xadini li jikkuppjaw lil xulxin

merħla  nagħaġ trid tkun misjuqa

minn dal ħabs li hawn madwari.

Imbagħad xħin waħdek issib ruħħek

tgħid: iġri jgħaddi dan il-waqt

għada mill-ġdid għal-ġiri

u t-tellieqa ta’ kuljum.

Lanqas xejn ma jkun jimporta

Illi  ħadd mhu jifhem xejn

l-aqwa li tgħid dak li għandek tgħid

Għalfejn qed tħabbel rasek

Hawnhekk hawn wisq tħarbit

u ma jsegwi l-ebda pjan

mhux lakemm ittaffi l-qilla tal-allat.

 

Alfred Grech

Milied 2020.

Comments

Popular posts from this blog