Bħall-Allat Ġralhom.

 

Huma qatt ma ntebħu

li s-sens tagħhom ta’ glorja

hu biss buffuri tar-riħ

li jferrex iz-zerriegħa

u meta jaqgħu minn fuq

il-pedestall u jibqgħu jitgerrbu

tgħid iħossuhom bħal Humpty Dumpty?

 

Bħall-allat ġralhom

ġew megħluba  fit-tentattiv

li jiksbu l-ħajja eterna

u ma basrux li se jkun hemm

min ser jisirqilhom id-dawl divin

u issa lilna jakkuzawna

li sirna għorrief bħalhom.

 

Alfred Grech

13/12/2020.

Comments

Popular posts from this blog