Dan Is-Skiet Għad Jixgħel Xema.
U nerġgħu nibdew ngħixu
l-ħajja ta’ kuljum
il-ħajja tat-teatru
tal-attaparsi.
ittektek ix-xita mal-ħġieġ
u l-lejl ta’ qtigħ il-qalb
isib is-serħ fis-solitudni
il-passi tqal iaċ-ċomb
jimxu fl-għama u l-bahh
tal-għada
għax qatt ma tkun ċert
minn dak li tkun qed tgħid
u tħoss ġo fik bħal meta
tħares lejk innfsek ġewwa
l-mera
iżda jien irrid immur
lilhinn
xħin niġi wiċċ imb’wiċċ ma
dak li nara
sakemm ninħaraq.
Riħ il-lbiċ jonfoħ
is-sinfonija tiegħu
tat-twieqi u tal-bibien
u jien ma narax għaliex
jillarga għandi
minn hawn sabiex nintilef
fid-dlam ta’ ġewwa s-sqaq.
Uġigħ il-qalb ma daqqx
qanpiena
lanqas is-sereni ma newwħu
gwerer
romblu jiżżeraq il-preżent
u dan is-skiet għad jixgħel
xema.
Alfred Grech
27.12.2020.
Comments
Post a Comment