Ferut F’Qalbi.

 

Ferut f’qalbi

Bħal għasfur li jinttlaqat waqt titjira

Xħin turini bin-nuqqas fejn  stajt nillarga

U l-uġigħ li qed inħoss

Mhux ghaliex jien miniex tad-demm u l-laħam

Iżda għaliex jiena naħseb

Li sal-lum jekk mhux kollu

Tlajtu t-taraġ

Kont wasalt biex immis il-patibolu

U xħin nara ftit tad-dawl dlonk nintebaħ

Kemm baqgħali biex inħallas

Jew nintebaħ li ma nista’ qatt inlaħħaq

La mal-ħallel ta’ dal-baħar

Lanqas nilħaq xatt i-tama

Jew insib tarf l-oċean.

 

Alfred Grech

22.12.20

Comments

Popular posts from this blog