Fil-Gaġġa Tiegħi.

 

Toħodni lura lejn il- frugħa tiegħek

Tgħollini ’l-fuq mis-sħab il-bogħod mil-kotra

U fl-għera tiegħek tissikkani nidħol

Fil-bitħa ta’ ħabs tiegħi u tad-dwejjaq.

 

Minn fuq l-irdumijiet tas-sogħoba tiegħek

Sabiex minn fuq ix-xifer timbuttani

Imbagħad titlaqni, u tgħidli: rabbi l-ġwienaħ

U jiena naqa’ f’għadab infernali.

 

U jien illi ħajti ħlejta niġri

Mal-bżieżaq tas-sapun u wara l-friefet

Niskanta kif ma ntbaħtx xħin tkun tkellimni

Xejn mhemm għajr il-kuluri tal-qawsalla.

 

U bla ma naf inħossni qiegħed sewwa

Fil-gaġġa tiegħi.

 

Alfred Grech

07/12/2020.

Comments

Popular posts from this blog