Fis-Sokor ta’ Sbuħitek.
Fis-sokor ta’ sbuħitek
Inti tgħinni ninsa’
d-delużjoni
U la tigħidlix biex ma
nibqax ngħix l-imgħoddi,
Il-musika kienet isbaħ
dakinhar.
Ta’ kull filgħodu xħin titla’
x-xemx
Jaqa’ s-skiet tal-innoċenti
Meta jaħarbu l-ħrejjef u
l-ħsejjes tal-grillu.
Il-barra minn dit-tieqa mnejn
ninħares
Ma nafx in-nies x’qiegħdin
jgħidu
Inkella x’qed jaraw xħin jien
niċċassa.
Iħarsu lejn dat-torri b’żewġt
itwieqi
Minn fejn jien qed inkejjel
id-distanzi.
Iżda qatt ma nista’ nkejjel
Kif ħaddieħor minn ġot-toroq
iffullati
Jew mit-torrijiet minn fejn
jittawlu
Jikkunsidra t-torri tiegħi
Li ħaddan l-univers fejn
nista’ nimraħ.
Jien xtaq li kont għadni
nikkuntempla l-qamar
U nisma’ t-tisfiriet
tal-grillu
Iżda fil-ħarsa tiegħi ta’ baħar
jirrifletti d-dawl ta’ qamar
Kien hemm biss il-ħrejjef.
Alfred Grech
16/12/2020.
Comments
Post a Comment