Għaliex Ħabbejtni?
Għaliex ħabbejtni?
Jien ħabbejtek bħal ma kont
naf
Bil-mod li mhux tas-soltu
tiegħi
Għaliex ma ridtx ninġarru
t-tnejn li aħna
U nsibu ruħna qed nistaqsu
Mistoqsijiet li bdejna
bihom.
Għaliex ħabbejtni?
Jien twelidt vagabond taħt
kewkba leġġendarja
U nimraħ ridt kif kien destini
U nerġa’ nġedded kull
tifkira
Li kien baqgħalna
U int ma ntbaħtx li konna ġa
wasalna
U jiena mill-ġdid inġeddu ridt
is-seħer
Dak is-seħer li kien tagħna
Iżd’int illum duħħan
Lanqas sirt trab, inkella rmied
Fdal tal-ħuġġieġa.
Alfred Grech
04/12/2020.
Comments
Post a Comment