Għalija Din Konkwista.

 

Għalija kienet konkwista

Iżd’inti ma nafx x’ħassejt.

Biss bdejna nagħmlu l’istess ħsejjes

Bl-istess ritmi u bl-istess qbil.

Għaliex irridu ngħaddu minn dan kollu

Meta t-tmiem hu tant fil-qrib,

Meta t-tmiem hu ġa magħruf?

Imbagħad ta’ kull sena

Nagħmlu l-gabirjoli sabiex nemmnu

Li twelidna mill-ġdid

Il-bieraħ jinħafer

U qisu qatt ma ġara xejn

Bla ma nintebħu

Li s-sies jinħtieġ il- pedament.

 

Alfred Grech

21/12/2020.

Comments

Popular posts from this blog