Iċarċru Mal-Irdum.
Iċarċru mal-irdum ta’ ħaddejja
Id-dwejjaq ta’ sbieħ il-jum
Fejn tixtieq tinsa’ int min
int
U li trid tkompli ġġorr
il-valiġġi tal-bieraħ.
Xtaqt insib ma min nitkellem
ta’ sikwit
Xħin inkun waħdi, jekk
huwiex hu
Inkella hi jew hu xi ħadd li
m’għandux ġeneru.
Aħjar li ma nkunx naf min
hija dik ir-ruħ
Li tislet minni ta’ kull darba
Skiet il-għamad
Il-baħħ jidwi
U miegħi tibda ddoqq
it-trumbetti
Ta’ bla ħoss u ta’ bla ton
Fuq noti minsija.
Imqar jekk timxi miegħi s’hawn
Inkunu mxejna mixja twila
U fdejna l-ħaraġ xekkluna
bih
Jew il- midalja tal-għajb li
dendlulna m’għonqna.
Alfred Grech
28/12/2020.
Comments
Post a Comment