Ikun Aħjar.
Ikun aħjar li noqgħod
nissemma
U ngħożż dawn il-waqtiet
Issa li m’għadnix narak
U lanqas ma nisimgħek.
Għaliex inkella naqa’ għal
darb’oħra fid-dilemma
Tal-impulsi u tqanqiliet
Stravolġenti li ma jieqfu
qatt.
Għaliex tassew jien qatt
Ma sirt nafek.
Ikun aħjar li noqgħod hawn
Imqar qalb il-ħsejjes
tal-inġenji
Nfernali u ta’ nies li xejn ma
jgħarfu
Għajr il-flus.
Hawnhekk hawn il-paċi
tax-xitwa
Id-dawl ta’ nżul ix-xemx
U l-ħemda tax-xjuħija
Biex nisma leħen sinċier.
Alfred Grech
24.12.2021.
Comments
Post a Comment