Il-Vjaġġ Ta’ Distrazzjoni.

 

Int iġġiegħlni nerġa’ nibda’ niżfen

Filwaqt li taf li dan kollu

Mhu se jwassal għal imkien

U n-nies madwarna qed jidddieħku

U jaħsbu li qed nagħaqqdu t-tnejn fil-vojt.

F’nofs tal-festa inti tolqot

B’daqqa waħda u ma tfallix

U f’kolp wieħed sirt ilsir

Għax mingħajrek ma ngħaddix.

Għedtli li l-kisra li ħadt ma twassal għal imkien

Dawra mejt u ma tarax.

Jekk ma jkollokx lili li nħajjrek

Int aktarx ma tiżbaljax.

Noqgħod hawn nisimgħek

U mbagħad intenni dak li naf.

Qadna l-Ferrovija li stennietna

Xħin l-oħra ma lħaqniex

Din hu żmien ta’ tranżizzjoni

F’ dan il-vjaġġ tad-distrazzjoni.

 

Alfed Grech

19/12/2020.

Comments

Popular posts from this blog