Imqar.
Imqar jekk ngħid ridt ngħix f’dinja
ġdida
Swiet biss biex aktar nifhem
it-taħbila
Dil-passiġġata twila f’dawn
l-inħawi
Tax-xejn mhu xejn – iġġibha għalkemm
bi tqila.
Imqar jekk din ma kienet
xejn għajr ħolma
Simulazzjoni, l-akbar
ologramma
Ma jiswa’ xejn u xejn ma
jibqa’ għal dejjem
Inħliet is-sensazzjoni f’din
id-dramma.
Ma jibqa’ xejn mank fraka
minn ta’ kewkba
Tintrebaħ li din mhix għajr
illużjoni
U jekk il-ġrajja lanqas ta’
dan kollu
Ma tiftakar, mhemm xejn
għajr il-perverżjoni.
Alfred Grech
11/12/2020.
Comments
Post a Comment