Jien Lanqas Naf.
Jien lanqas naf fejn għad
trid tmur
U lanqas naf fejn għad trid
tasal
Naf biss li kont għaddej
minn dawn l-inħawi
U għakemm kont naf it-triq
bħal bdejt ninfixel
Naf biss li kont qed noħlom
f’nofs ta’ raqda
U xħin ġejt int in-ngħas li
kelli marli.
Jien niggustak xħin trid trid
tagħmel qabża
U ġġib dak kollu li kont
tlift u tibqa’ għaddejja
U tgħid li tafni sewwa minġħajr
ma għadek
Qattajt ftit tal-ħin miegħi.
Ninsabu lkoll taħt madmad
wieħed
Iżda f’dan il-jasar komuni
xejn ma jżommna
Noħolmu l-ħelsien sabiex
inderru.
Alfred Grech
02/12/2020.
Comments
Post a Comment