Jien Xtaqt ukoll.

 

Jien lilek ma narakx li qed tiġġieled.

Titqagħab u tissara ma kull ħalla

U l-mewġ li jiġi lura ġewwa sidrek,

Il-mewġ tat-tifkjiriet, il-mewġ tad-dwejjaq.

Hemm xitwa li qed tagħfas bħal ġejjieni

Li huwa skur li fih ma tafx x’ser jiġri;

Ħalliha li tkun xitwa għal min hemm barra

Iżd’int li qiegħda hawn ġew kebbisli l-fjamma

Li ssaħħan bħalma jsaħħan nar tat-tiben

U għalkemm għal ftit, din hi l-imħabba tagħna.

Jien xtaqt ukoll ninxteħet f’nofs ta’ baħar

Taħt il-ħarsien tal-ġawwi qed inewwaħ

Xenqet il-ġuħ. Jien xtaqt ukoll fil-wisa’

Ta’xefaq ta’ bla tmierm fix-xejn nintilef

U ninsa’ li xi darba kont staqsejtek

Jekk ħarstek daqs riġlejk kapaċi twassal.

 

Alfred Grech

09/12/2020.

Comments

Popular posts from this blog