Kemm Se Tiġri.
U tiġri! Kemm se tiġri
Tistaħba ma tistax
Tispiċċa f’kantuniera
Fejn taħrab ma baqgħax.
U wiċċ imb’wiċċ fil-mera
Tal-fond li hemm ġo fik
Tistaqsi l-mistoqsija
Ma tafx fejn ser tħallik.
U jista’ jkun li tinsa’
Warajk li tkun ħallejt
Kull waħda liema minnhom
Valiġġi li ġarrejt.
Alfred Grech
21/12/2020.
Comments
Post a Comment