Kimera.

 

Spiċċa l-imbid li bih jien kont inderri

l-ambrosia tal-allat ukoll biż=żmien,

li baqa’ biss fl-aħbar tal-lvant iberraq

hu biss il-fdal ta’ kif ikun it-tmiem.

 

Spiċċa taż-żniet ix-xrar leqqien idawwal

u miegħu spiċċa wkoll il-lustru jleqq

li qabel kien iqawwi l-qalb u jmexxi

għax it-tagħbija itqal minn daqshekk.

 

U issa nieqaf ngħid hix illużjoni

Kimera inkella kienx b’kumbinazzjoni.

 

Alfred Grech.

30.02.2020

Comments

Popular posts from this blog