L-Aħħar Taż-Żminijiet.
Issa waslet biex tintemm
jekk Alla jrid
Sena oħra li fiha għaddejna
Minn inġazz għal ħafna sħana
M’emminniex imbagħad emminna
Ma bżajniex u bdejna nibżgħu
U mhi xejn jekk mhux mewġ’oħra
Illi fuqha stajna nirlbu
Xħin irkibna waqa’ s-skiet
Is-skiet li jirbombja.
U xejn mhu xejn jew dak li
hu
Tiskantawx għax din hi Malta
Biex tintiseġ narrattiva
Tas-setgħana li jbeżżgħuna
Bqajna ġewwa għaliex bżajna
Li nittieħdu mbagħad qalulna
Li għal kollox hemm rimedju
Biex għalquna ġewwa djarna
Dal-ħabs ġdid li ħloqna aħna
Sabiex aktar jistgħu jafu
Fejn inkunu jew x’qed
nagħmlu
U issa ġejna lanqas nistgħu
Fit-triq ninżlu jew nixirfu
Jekk mhux b’maskra jw
tilqima
Ngħidu dak li jkollna f’moħħna
Ħadd ma jista’ jgħolli leħnu
Kulħadd jibża’ jgħolli leħnu
Bqajna hawnhekk bil-bieb
imsakkar
Jew bil-maskra mank
jingħaraf
Bħal bebbux li jgħix f’qoxortu
Sabiex huma jkunu jistgħu
Jagħmlu dak li jridu.
Issa bdejna n-narrattiva
Ta’ x’qed jaħsbu u x’qiegħdin
jagħmlu
Tal-iskandli efimerali
Tat-tixħim u n-nepotiżmu
Tentattivi biex tintuża
Jew jinħafru d-dnubiet mejta
Niktbu ktieb sabiex indawwru
Li hu sewwa jew magħruf
Ngħaddu ż-żmien b’kull min
qed jisma’
Għax min jisma’ moħħu fqir.
Issa ż-żmien tal-ġurnalisti
Li joħorġu minn qoxrithom
Jikfu jdejjhom u jgħidulna
‘l-min iservi u min iħallas
U jixirfu jew jittarfu
Fuq ix-xifer illi jifred
l-attaparsi minn li hu.
Dan hu żmien il-kutrumbajsi
Dan hu żmien it-tejatrin
Dan hu żmien il-labirinti
Ejj’nitgeddsu ma xulxin.
Alfred Grech.
23/12/2020.
Comments
Post a Comment