L-Imħabba Tiegħi.
L-imħabba tiegħi
bis-sussulti
Kont nittama fil-ġejjieni
Jew kont imbeżża’
Int kont ix-xefaq tal-ħarsa
tiegħi
Iżd’issa li baqa’ minn
tiegħek
Hu biss il-ħolm.
Ħadd ma ħabbarli l-miġja
tiegħek
U jiena lanqas biss bqajt
nagħżel
Bejn ħolm u ħajja.
Ittamajt biss fl-għada
Li jżernaq
Jew li jiżboq dak li qed
nara
Għalhekk ridtu jfur il-kalċi
tiegħi
Il-kalċi ta’ bla xeba’
U xorta nibqa’ ngħid
Li qatt ma ltqajna.
Alfred Grech
12/12/2020.
Comments
Post a Comment