Minflok Te Deum.
Minflok Te Deum nintona Nunc Demittis
għax fl-ebda żmien li jien
niftakar
ma nħoloq xkiel bħal dan
għar ruh li trid tintrefa’.
Qegħdin inħammġu l-beraħ li
jeħbrilna.
Qiegħdin nimlew ix-xejn
b-imwieġ imniġġsa.
Qiegħdin inħallu t-toqol
tad-draguni
jgħaffiġna bl-iskuża
tal-imxija,
L-ispaga qed jiġbduha l-innominati
minn wara l-kwinti
għax fl-ebda żmien li jien
niftakar
ma konna marsusin daqshekk
ġewwa qoxritna
Imbiegħda minn xulxin
mingħajr saħħet in-numri
imbeżża minn xulxin għax se
nittieħdu
imċaħħda milli nkunu
għalenija
imċaħħda minn min hu għażiż
għalina
fil-biża’ tal-ġejjieni
d-dlam ta’ moħħna
u l-ebda dawl ma jiddi fi
triqatna
u lanqas tisma’ jidwi leħen
ħieles
li fit-tbexbix tas-sebħ hu
wild it-tama.
Alfred Grech
31.12.2020
Comments
Post a Comment