U Trid Toħodni.

 

U trid toħodni lura għal frugħa tiegħek

Terfagħni ’l-fuq mis-sħab tal-frustrazzjoni,

U fl-għera tqad-dilirju timbuttani

Fil-ħofra, hemm fil-qiegħ il-frustrzzjoni.

 

U trid trid teħodni u terġa tmur tarmini

Minn fuq l-irdum antik ta’ min hu mġarrab

Imbagħad titlaqni, tgħidli: rabbi l-ġwienaħ,

Ma tafx li jien minn ġewwa fqir jitkarrab.

 

U jien li ħajti ħejtha dejjem niġri

Inġib l-iskuża li ma kienx imnalla

Għax xorta nibqa bħalhek qed ifittex

Imsaħħar mil-kuluri tal- qawsalla.

 

Alfred Grech.

05/12/2020.

Comments

Popular posts from this blog