Sa Fl-Aħħar Trid Tiżbroffa.
Fl-ebda waqt wieħed il-qirda tal-qawsalli
il-ħsieb tal-mewt inixxi d-dmugħ
ma ħassejt xejn li sata’ jeqred l-hena
u t-tama
bħan-nida fuq il-ward.
Imqar jekk int offrejt sbuħitek lil ħaddieħor
inkella rmejtha jew bla saqqejtha
ħallejtha titbiel
misħuta ma tkun qatt
għaliex li hu sabiħ se jibqa’ għal dejjem
u t-tifkiriet joqtulgom biss id-dwejjaq
bħal bir tvvelenat.
U jekk timtela bil-magma
sa fl-aħħar trid tiżbroffa.
Alfred Grech
05/01/2021
Comments
Post a Comment