Fik.

 

Fik it-tkattir tan-nisa kollha

u t-tiżjid li bart miegħek

int u għaddejja ilwiek

biex sirt ix-xitwa kiesħa

ta’ siġra mneżża minn kull ħeġġa

mill-weraq u t-tiżjin

u dak li kien isebbagħha

fil-glora tagħha.

U issa tiġi bit-tiswir kollu tal-biża’

u t-tregħid ta’ bejn ħaltejn

u lanqas tgħid xi trid.

Imxejt fid-dlam u dlam jiżdied ġo fik.

Tiġi tgidli li tħobbni u ma tagħmilx

il-pass li jkebbes dk ix-xrara nar

li għad trid taħraq bosk.

Fuq il-ferrovija tagħna hawn ftit

li jistgħu jivvjaġġaw

u mqar jien qatt ma stennejt

li meta ninżel minn ġos-sħab

insibek hawn.

Mill-bqija tkun tistagħdar

fit-tajn u l-ħama ta’ kuljum.

 

Alfred Grech

24.01.2021.

Comments

Popular posts from this blog