Fil-Beraħ Ta’ Filgħodu.
Fil-beraħ ta’ filgħodu
Fuq sillabi mgħawwġin,
Is-skiet fuq art imniġġsa,
U dwejjaq ta’ dal-ħin!
Fuq wiċċ li hu bla bixra
Tal-għada ma sebaħx
Fil-veli trasparenti
Ta’ wiċċ li ma tixbaħx.
Trid tislet l-isbaħ skuża
Mill-bir tat-tifkiriet
Xħin titlaq terġa’ lura
U tishar hawn fis-skiet.
Min qieħed idardarha
Din l-għajn tal-ilma ċar
Min sejjer jogħlli leħnu
Issa, xħin il-ħin sar?
Din dinja tal-enimmi
Mimlija assurdita’
U tħoss li trid tirvilla
Għall- dil-medjokrita’.
Xħin tilbeż il-korazza
Biex tilqa’ għal dan
il-kjass
Jitqal it-toqol tagħha,
Ma tagħmel erbda pass.
Fit-tarf li issa qorob
Tkun qiegħed fuq quddiem,
Trid biss tistenna toqgħod
Li jasal mhemmx it-tmiem.
Alfred Grech
07/01/2021.
Comments
Post a Comment