Hekk Niġi Għandek Jiena.
Hekk niġi għandek jiena
Misjuq minn elf dragun
Jonfoħ in-nar ta’ qilla
mxewxa
U n-nifs ta’ biża’
mistħajjel
Jew mhux tassew.
Imbagħad tista’ tibqa’ sejra
għal trieqtek
Xħin tinebaħ li dan ma kien
xejn
Għajr riħ ta’ siegħa.
Hekk niġi għandek jiena
Riekeb żiemel il-ħolm u
l-fantasija
Biex negħleb
il-frustrazzjoni
Ta’ jum ieħor li jixbaħ
iżżejjed
Lil dak ta’ qablu.
Hekk niġi għandek jiena
Biex negħeleb id-dwejjaq
Li bihom inqum ta’ kull
filgħodu
U l-iskwallur li fih wellduna
Xħin wiegħduna dinja ġdida
Ittenni l-ennui tal-ħajja . . .
Biex sadanittant inti tnewwel
l-ambrożja
U l-vizzju tal-allat
U hekk jum ieħor jgħaddi
Bla ma nintebħu.
Alfred Grech
01/01/2021.
Comments
Post a Comment