Hu Ċar Daqs In-Nixiegħa.

 

Hu ċar daqs in-nixxiegħa tal-muntanji

Moħbija bejn l-għoljiet biex lanqas tidher

Fejn għad trid twassal dit-tkarkira

Fil-baħħ ta’ bla tifsir.

Imqar xħin jien fil-muta naqa’

U ħadd ma jibqa’ jisma’ ħossi

It-turmenti ma jieqfux

U t-tregħid jibqa’ għaddej.

Meta ż-żunżana teħel iddur u tagħqad

Mal-istess warda ikun wasal iż-żmien

Li xi ħadd idardar l-ilma

Jaħsadni u jqajjimni minn

Dan l-iskantament jew din l-aljenazzjoni

Biex tassew induq il-kalċi

Sal-aħħar qatra.

Bħal warda li tinqata’ din il-ġrajja

U ma titbielx.

 

Alfred Grech

22/01/2021.

Comments

Popular posts from this blog