Imbiegħda Minn Xulxin.
U snin ta’ dawl ninsabu
Imbiegħda minn xulxin
Għaliex tgħid li trid tiġi?
Għaliex qed taħli l-ħin?
Ma tafx x’irrid infisser
Ma tafx jien x’qed inħoss
Ma tafx bit-tnalja taħfen,
Jew morsa li qed tross.
Ma tafx x’irrid infisser
Għax bqajt ma tifhimnix,
Din hija l-godwa t-tajba
Għal-jum li ma jgħaddix.
Għax taħseb illi tista’
Tagħmilni ftit ferħan,
Il-mewġ li lilna jżeffen
Mhu qatt se jġib serħan.
U lanqas il-binarji
Ta’ tren li ma telaqx
Ma jista qatt iwasslu
Fejn Alla ma laħaqx.
Alfred Grech
06/01/2021.
Comments
Post a Comment