Imqar Meta Nilgħabu.
Imqar meta nilgħabu
Dawk il-logħobiet li jiena u
int biss nafu nilgħabu
Mingħajr ma nrabbu l-ġwienaħ
Ninqatgħu ftit mill-art.
Imqar jekk jien ħabbat
il-bieb
U l-anġlu ma niżilx
Stajna nimxu t-tnejn li aħna
Ħafjin
Fuq ir-ramel ta’ dix-xtajta.
Xejn ma jinbidel
Xħin jgħaddi r-riefnu
Jien nerġa nagħtik
Dak kollu li għandi għal
juum wieħed
Ta’ għera
Mnejn inġib is-saħħa li
niġġedded.
Alfred Grech
27/01/2021.
Comments
Post a Comment