Issub Miegħek.

 

Issibni  miegħek spalla ma spalla

Jekk waqt li tissielet qed titbissem

Imqar fi dlam il-lejl

Biex tasal sal-quċċata

U mbagħad bħali titfixkel

Biex iżżomm il-pass mal-ħin għaddej.

 

Issibni miegħek fit-tfittxija

Għal dak il-waqt wiwħed

Ta’ sebħ ġdid, qawmien mill-mewt

Il-waqt li hu għal dejjem

Fis-sensazzjoni li kollox attaparsi

U niżfnu taħt xita nieżla.

 

Issibni miegħek

Imqar jekk mhux qed tfittex

Ma min trid taqsam ħinek

U tibqa’ bla titfantas

Xħin ħadd ma jkun jarak

Jew qed ħdejk.

 

Għalina jkun il-bidu ta’ turment ġdid

Għaliex jekk noqgħodu nistennew

Il-kbir li għadu ġej

Ma jmissna qatt.

 

Għaliex xħin il-waqt jgħaddi

Is-seħer jgħaddi miegħu.

 

Alfred Grech

12/01/2020

Comments

Popular posts from this blog