Jien Bħalek.
Jien bħalek qed nistenna ’l-mewt
tiġi
Iżda ma sibtx it-ton sabiex
nintona
l-għanja taċ-Ċinju
u ma naf ngħid xejn aktar
jien ħabbejtek bla ma
lmaħtek
jien ħabbejtek għax sirt
nafek
jien ħabbejtek għaliex tidwi
l-istes innu tas-sireni.
Jien noqgħod hawn nistagħad
Għal xi ħaġa skandaluża
Li biha nista’ nqanqal
it-tessut
Tal-univers
IImbellaħ bil-ħlewwa ta’
leħnek
Li ma smajtux
U l-hena ta’ surtek
Li ma rajthiex.
Għad forsi niġi infittxek
Mhux biex niltaqa’ miegħek
Iżda fit-tifkiriet tat-tħadit
ta’ bejnietna
U fil-kliem li ma ninsiex.
Għax int u jien drajna issa
Ngħixu l-vjaġġ virtwali.
Alfred Grech
14/01/2021.
Comments
Post a Comment