Jien li ridt nobdi l-għamar tal-allat

U nsikket it-tinqiż minn ġewwa sidri

Billi nilbes il-kappestru

U nidħol ġewwa merħla

Ta’ nagħaġ misjuqa,

Illum nistaqsi.

 

Jiena li kont ribelli ngħolli rasi

’l-fuq mill-ispallejn

U qatt ma nobdi bla ma nistaqsi,

Illum nistaqsi.

 

Xħin fl-aħħar jasal l-aħħar

Kif ser ikun it-tmiem?

Il-mossa li tkun tmiss,

Pass ieħor il-quddiem?

 

Alfred Grech

07/01/2021.

 

 

 

Comments

Popular posts from this blog