Kemm Se Jdum Jonfoħ.
Kemm idum jinfoħ ir-riħ?
fl-aħħar titqaċċat il-qasba.
Kemm idum jgħawwar il-baħar?
fl-aħħar tittiekol is-sieq
u t-tieqa tikkrolla.
Kemm iddum iġġebbed l-ispaga?
fl-aħħar tinqata’.
U kemm iddum tnaqqar?
fl-aħħar jispiċċa.
Kull meta narak ġejja b’xi
rigal
għax trid tinqeda.
Kemm se ddum ġejja?
fl-aħħar tinkiser.
Kemm se jdum tinfoħ?
fl-aħħar tinfaqa’.
Kemm se ddum terda’?
fl-aħħar jien ninxef.
Kemm se ddum tgħidli?
fl-aħħar nistordi.
Xħin tmur u titlaq
jien baħar battal.
Alfred Grech
03.01.2020.
Comments
Post a Comment